(Mill-istatut, jista’ jkun hemm dispożizzjonijiet oħra statutarji li japplikaw – Iktbilna fuq info@mas-malta.eu għal kull interess dwar sħubija f’din il-kategorija)
5.5.1. Jistgħu jsiru Sostenituri tal-Moviment Azzjoni Soċjali dawk kollha li jaqblu mal-iskopijiet u l-missjoni tal-Moviment Azzjoni Soċjali jew xort’oħra jissimpatizzaw mal-Moviment Azzjoni Soċjali jew mal-ħidma tiegħu u jixtiequ jitqiesu formalment bħala Sostenituri tiegħu.
5.5.2. Is-Sostenituri ma jkollhom ebda vot fl-istrutturi tal-Moviment Azzjoni Soċjali u ma jistgħux jattendu jew jintervjenu f’ebda wieħed mill-organi tiegħu jekk ma jkunux speċifikament mistiedna għaldaqstant.
5.5.3. Is-Sostenituri jistgħu jwasslu l-opinjonijiet jew il-proposti tagħhom f’kull żmien, però unikament lill-Kumitat Nazzjonali.
5.5.4. Is-Sostenituri, bħala tali, jgħarfu u jaċċettaw li jistgħu jirċievu talbiet ta’ sostenn mingħand il-Moviment Azzjoni Soċjali, liema sostenn jista’ jkun finanzjarju jew ta’ kull xorta oħra.
5.5.5. Min ma jilħaqx ir-rekwiżiti tal-artikolu 5.3.1 dwar ċittadinanza u lingwa jista’ xorta waħda jissieħeb fil-Moviment Azzjoni Soċjali iżda bħala Sostenitur biss.
5.5.6. Is-Sostenituri ma jkunux soġġetti għad-dixxiplina tal-Moviment Azzjoni Soċjali jew xi organu minnu, però l-Kumitat Nazzjonali b’unanimità jew l-Assemblea Ġenerali b’vot ordinarju jistgħu jiddeċiedu li Sostenitur jiġi mneħħi formalment bħala tali, u jekk dan ikun il-każ ir-raġunijiet għal tali tneħħija għandhom jiġi reġistrati bil-miktub fil-verbali tal-organu rilevanti tal-Moviment Azzjoni Soċjali.
