Attività Riċenti

L-ATTIVITÀ KONTINWA TAGĦNA ATTWALMENT – IL-PROGRAMMI

L

L-aktar attività kostanti tal-M.A.S. illum il-ġurnata u s’issa, hija l-programmi li bdew jixxandru online minn Diċembru 2024 u r-reġistrazzjoni tal-attivitajiet. Dawn kollha jitilgħu fuq il-kanal YouTube tagħna li tinsab hawn: Moviment Azzjoni Soċjali – YouTubeKif ukoll, jekk tippreferu, fil-paġna Programmi ta’ dan is-sit elettroniku ssibu l-istess programmi kif imxandra matul...

Segwuna fuq Youtube u facebook

S

Dan daqsxejn ta’ avviż biex issegwuna fuq il-mezzi soċjali prinċipali tagħna, il-kanal YouTube li fuqu ntellgħu diversi programmi u reġistrazzjoni ta’ attivitajiet, u l-paġna tagħna fuq Facebook. Issibuhom hawn taħt:Moviment Azzjoni Soċjali – YouTube

Facebook

Dawk il-paġni jiġu aġġornati ferm aktar frekwentement mis-sit uffiċjali (dan li qegħdin taqraw).

Il-Mit tal-Convivencia

I

“Il-Mit tal-Convivencia” huwa wieħed mibni fuq l-idea popolari ta’ convivencia, jiġifieri li l-komunitajiet Kattoliċi, Lhud u Musulmani kienu jgħixu f’armonija paċifika fi Spanja medjevali, partikolarment matul il-perjodu wara l-konkwista Musulmana. Dan il-mit spiss jintuża fid-diskussjonijiet moderni biex jippromwovi viżjoni idealizzata ta’ armonija kulturali, imma l-awtur jargumenta...

Pożizzjoni uffiċjali dwar il-konsultazzjoni fuq l-ewtanasija

P

Il-Moviment Azzjoni Soċjali (M.A.S.) jesprimi l-oppożizzjoni bla eċċezzjoni għal kull idea li tiffavorixxi li xi ħadd ineħħi ħajtu b’idejh jew jitlob lil ħaddieħor jgħinu biex jitterminalu ħajtu, li huwa att ta’ qtil li f’dal-każ b’maskra ta’ ġustifikazzjoni. Qiegħed jingħadda ħafna kliem ingannevoli li jitkellmu dwar “dinjità”, “kwalità” et...

IS-SETTE GIUGNO

I

Is-Sette Giugno 1919 kienet għaġna ta’ fatturi soċjali, patrijottiċi u kulturali li wasslu lin-nazzjon sal-punt tal-vjolenza kontra l-Imperjalisti u dawk servili lejh li spiss kienu jaraw sal-interess ta’ buthom biss. Ma għandux jiġi sottovalutat, u fil-passat kien hemm tentattivi ta’ vili biex jillimitaw il-valur tiegħu speċjalment minn min taħraqlu qalbu għall-Imperjalisti. Li...

Lura mill-Eżilju: 80 sena mir-ritorn tad-deportati Maltin

L

38 Maltin ġew internati u eżiljati lejn l-Uganda illegalment fl-1942. Ritratti tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta Forsi ftit jafu, u ħafna inqas jimpurtahom, li din is-sena jaħbat it-80 anniversarju mir-ritorn f’Malta ta’ 41 patrijotti Maltin li rritornaw mill-eżilju sfurzat tagħhom ġewwa l-Uganda, l-Afrika. Ngħid “ftit jafu” għax aħna l-Maltin għandna tendenza kerha li ninsew il-passat...

IR-RATA TA’ NATALITÀ…

I

Min isegwi l-programmi li qegħdin inxandru jista’ jifhem li l-parteċipanti kollha s’issa nqisu l-problema tan-natalità Maltija bħala problema epokali għan-nazzjon Malti, eżasperata minn sovrapopolament attwali miġjub minn migrazzjoni ekonomika liberali u massiva. Hawn min jaħseb sew li l-bniedem ugwali, però dan isir ħsieb falz u ingannevoli meta fit-tħaddin tiegħu jiċħad il-valur...

Pożizzjoni dwar il-Politika dwar il-Migrazzjoni tax-Xogħol

P

Għeżież,Hawn taħt annessa ssibu l-pożizzjoni tal-M.A.S. fil-konsultazzjoni pubblika dwar dak li l-Gvern sejjaħ Labour Migration Policy. Fil-qosor ħafna, il-M.A.S. iqis il-proposta governattiva bħala pass tajjeb li għandhom ikun pożittiv, però huwa biss bidu. Esprimejna l-pożizzjoni, b’riservi partikolari fuq ċertu premessi, prinċipji, perspettivi u, jew rakkomandazzjonijiet (li l-maġġoranza...

Il-ħtieġa tat-Tagħlim Soċjali Kattoliku fil-politika

I

Papa Ljun XIII, missier id-duttrina soċjali Kattolika moderna Hemm kotba ta’ kull tip dwar suġġetti relatati mal-Kattoliċiżmu lesti għall-qari, ħlief fir-rigward ta’ xogħolijiet serji fuq politika u ekonomija minn punto di vista Kattoliku. Ħafna mill-kitbiet rigward ġustizzja soċjali Kattolika mis-snin 60’ u 70’ fihom xejra materjalista u huma pjuttost laxki fit-tagħlim tagħhom. Ix-xogħolijiet bl...